Il-Korea t’Isfel ddikjaraw l-ogħla rata ta’ każijiet relatati mal-Coronavirus b’aktar minn 160 każ ġdid. B’hekk it-total fil-pajjiż jitla’ għal dak ta’ 602.
Intant sorsi miċ-Ċentru tal-Kontroll u l-Protezzjoni fil-pajjiż jidher li għadha kif tilfet ħajjitha is-sitt persuna kawża tal-COVID-19.
Il-President tal-Korea t’Isfel Moon Jae-in tenna li l-jiem li ġejjin ser ikun jiem kruċjali ħafna għall-pajjiż.
Dan wara li matul il-jum tas-Sibt, f’temp ta’ 24 siegħa kien hemm żewġ vittmi mill-Italja fosthom Adriano Trevisan, anzjan ta’ 78 sena.
B’kollox madwar id-dinja ġew infettati ftit aktar minn tmienja u sebgħin elf persuna fejn sebgħa u sebgħin elf minnhom huma biss fiċ-Ċina.