Raġel ta’ 33 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza waqt li kien qed jaqsam fi Triq Joe Sciberras il-Ħamrun.
L-inċident seħħ il-bieraħ għal ħabta tas-6 ta’ filgħaxija meta r-raġel Sirjan u li joqgħod Ħal Qormi intlaqat minn karozza tat-tip Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 39 sena li toqgħod Birkirkara.
Ir-raġel kellu jittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.