Raġel ta’ 31 sena minn Birkirkara weħel 3 snin u 7 xhur ħabs wara li tressaq il-Qorti akkużat b’numru ta’ serqiet.
Il-Karkariż ikkommetta dawn is-serqiet bejn id-9 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra u l-15 ta’ Frar ta’ din is-sena. Huwa ġie akkużat li seraq numru ta’ batteriji ta’ vetturi f’diversi lokalitajiet fosthom miż-Żona Industrijali f’Tal-Ħandaq, minn diversi toroq oħra f’Ħal Qormi, miż-Żona Industrijali tal-Imrieħel u anke minn toroq oħra f’Birkirkara, fost oħrajn.
Ir-raġel ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kylie Borg, Roderick Agius u Alfredo Mangion.