Salvataġġ mhux tas-soltu għall-ħaddiem tal-Protezzjoni ċivili, meta dalgħodu salvaw kelb li waqa’ f’baħar imqalleb f’Tas-Sliema.
Fuq Facebook sid il-kelb tat ħajr lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għas-salvataġġ tal-kelb tagħha Milo wara li waqa’ fil-baħar u nġarr fil-kurrent qalet li l-pumpiera ma ħasbuhiex darbtejn biex jaqbżu fil-baħar biex isalvaw lill-kelb f’baħar inġazzat u mqalleb.
Ritratt: Lucille Fleur