Libjan ta’ 31 sena tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil wara li lbieraħ laqat raġel ieħor barrani b’arma li taqta’ u bil-ponta, fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.
Ahmed Omar Amhimmid Aljuweeni, ta’ 31 sena, residenti ċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far stess qed ikun akkużat b’ attentat ta’ qtil u li kien fil-pussess ta’ arma u li weġġa’ serjament lil Fadi Shilig.
Iżda r-raġel ta’ 31 sena wieġeb mhux ħati.
L-inċident seħħ waqt argument fuq flus li l-vittma kellu jagħti lill-akkuażat li qabad għall-ħabta tas-1.45pm, bil-vittma spiċċa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
L-akkużat inżamm fil-kustodja tal-pulizija.