Il-Kamra tal-Kummerċ ippreżentat 59 proposta f’viżjoni għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin.
iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin.
Fi tnedija tad-dokument ingħad li proposti tfasslu wara diskussjoni ma’ 26 persuna f’karigi eżekuttivi.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ il-Perit David Xuereb qal li proposti huma tanġibbli u jistgħu jinkisbu f’5 snin. Huwa spjega: “Dan huwa dokument fejn aħna qegħdin ngħinu fl-iżvilupp tal-pajjiż billi naħsbu outside the box, naraw x’qed jiġri f’pajjiżi oħrajn, naraw l-istejjer ta’ suċċess ta’ pajjiżi oħrajn, naraw x’qed jiġri wkoll fl-area ta’ riċerka u fejn qed jiżviluppaw l-industriji barra minn Malta, u nixtiequ li nkunu hemm biex inkunu minn tal-ewwel fost id-dinja.”
Qal li pajjiżna jrid jiżviluppa ekonomija msejsa fuq is-servizzi, ir-riċerka u teknoloġiji ġodda bħall-internet of things.
Semma wkoll il-bżonn li tinżamm l-istabbilità ekonomika preżenti flimkien mad-diġitalizzazzjoni, il-governanza t-tajba u t-titjib fl-infrastruttura.
B’mod partikolari elenka l-ħtieġa li s-settur edukattiv jimxi pari passu ma’ dak li jiżvolġi fl-ekonomija. Is-Sur Xuereb sostnna: “Nixtiequ naraw li l-preparazzjoni tat-tfal tagħna fl-iskejjel saħansitra mil-livell primarju huwa żviluppat, iddisinjat, programmat biex jissappportja l-iżvilupp industrijali kif nixtiequ narawh aħna fil-futur. Għad hemm wisq gap u dan il-gap qed jikber bejn il-preparazzjoni taż-żgħażagħ tagħna fl-industrija kif nixtiquha aħna ma’ dak li qed jiġi preparat.
Il-kamra elenkat bosta setturi oħra bħat-teknoloġija, il-kostruzzjoni, l-avjazzjoni, il-manifattura, l-ambjent, il-loġistika u t-turżimu li għandhom ikomplu jsostnu t-tkabbir ekonomiku.
Id-dokument se jkun ippreżentat lill-Gvern u entitajiet oħra fil-ġimgħat li ġejjin, bil-Perit Xuereb jgħid li l-proċess mhux se jieqaf hemm.