L-Awtorità tal-Ippjanar qed tipproponi li l-Għadira s-Safra fil-limiti tan-Naxxar u Ta’ l-Għeriexem u l-Marġ, fil-limiti tar-Rabat biex isiru dominju pubbliku.
Dawn iż-żewġ siti ġew nominati wara li ffurmaw parti minn għadd ta’ siti proposti bejn l-2017 u l-2019.
Il-lista ta’ siti proposti nkludiet Wid Għomor u Wied il-Kbir f’San Ġwann fost oħrajn.
Proposti għal siti ġodda jistgħu jiġu sottomessi f’konsultazzjoni pubblika.
Is-sottomissjonijiet jiġu aċċettati sat-30 ta’ Marzu 2020.