Il-bank internazzjonali HSBC mistenni jkeċċi mal-35,000 ħaddiem madwar id-dinja wara tnaqqis ta’ kwart fil-profitt fl-2019. Minħabba dan, il-bank se jnaqqas aktar minn tliet biljun sterlina mill-infiq tiegħu sal-2022. Dan bħala parti minn proċess ta’ ristrutturar li se jkun qed jgħaddi minnu.
Qed ikun irrappurtat li t-tnaqqis drastiku fil-profitt tal-bank kien xprunat minn operazzjonijiet kummerċjali fl-Ewropa.