Malta mitt sena wara t-twelid ta’ Duminku Mintoff hija totalment differenti. Biex inkiseb dan kollu Malta rat il-kontribut ta’ ħafna minn uliedha iżda m’hemmx dubju li l-Perit Mintoff kien figura importanti ħafna f’dan kollu. Mintoff bidel l-istorja ta’ Malta. Għax Mintoff kellu viżjoni għal dan il-pajjiż. Viżjoni li beda jiktibha u jitkellem dwarha sa minn eta żgħira. Malta ta’ wara Mintoff hija Malta Indipendenti, Repubblika u Ħielsa. Malta fejn il-poplu Malti għandu rajh f’idejh.
F’dan il-filmat, wieħed minn sensiela fuq one.com.mt fl-anniversarju mill-mitt sena tat-twelid tal-eks Prim Ministru, nisimgħuh iħeġġeġ il-poplu biex ma jibqax ġwejjef u jibqa’ jinsisti għall-ħelsien.