Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kkonfermat il-validità tal-konċessjoni pubblika li ħarġet fix-xhur li għaddew għall-operat ta’ laneċ bejn iċ-Ċirkewwa u Kemmuna.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti sostniet li dan il-ftehim huwa validu u se jibqa’ jgħodd.
ll-Qorti qalet ukoll li jidher Prima Facie li jista’ jkun ikun hemm nuqqasijiet ta’ penali relatati mal-inoservanza tal-ħinijiet fl-iskeda ta’ operar.
Fid-dawl ta’ dan il-Qorti laqgħet it-talba li l-konċessjonarju m’għandux jingħata prijorità biex jgħabbi l-passiġġieri fuq ħaddieħor.
Fi stqarrija Transport Malta qal li din id-deċiżjoni turi biċ-ċar li mxiet bl-aktar mod ċar u trasparenti f’dan il-proċess u baqgħet tirrispetta d-drittijiet ta’ operaturi oħra