Dylan Spiteri li għandu 26 sena minn Ħal Għaxaq inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li seraq u kkawża ħsara fuq propjetà ta’ terzi persuni F’Ħal Qormi, fiż-Żejtun u f’Ħaż-Żabbar.
Fil-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Gabriella Vella ħareġ li f’kull waħda mit-tliet serqiet li allegatament wettaq, ma seraqx aktar minn €230.
L-akkużat li ma jaħdimx, wettaq is-serqiet f’temp ta’ ftit sigħat u kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest ta’ każ preċedenti biex b’hekk huwa meqjus bħala riċediv.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest għaliex tħoss li l-imputat ma jistax ikun fdat.