Kien hemm xi pervertiti li bdew jibagħtu messaġġi indiċenti fuq Instagram lit-tifla tagħna u lis-segwaċi tagħha. Din kienet dikjarazzjoni tal-ġenituri ta’ Giorgia Borg, kantanta ta’ 10 snin. Huma stqarrew li kienu għadhom kif bblokkaw numru ta’ persuni mis-sit soċjali ta’ binthom wara li bdew jibagħtu messaġġi u kummenti indiċenti. Il-ġenituri tagħha stqarrew ukoll li huma jgħassu u jimmaniġjaw il-profili tal-midja soċjali ta’ bintom u sostnew li kull perusna li taġixxi b’mod indiċenti kinet qed tiġi blokkata u rrapurtata.
giorgia kisbet il-fama tagħha fil-kamp mużikali wara li sentejn ilu ġiet fit-tielet post tal-Junior Eurovision Song Contest u s-sena l-oħra marret tajjeb ukoll fil-programm Britan’s Got Talent.