Raġel ta’ 79 sena, mill-Fgura, sofra ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku fil-Birgu. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-0930hrs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Dwardu, l-Birgu u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel ta’ 79 sena safa’ milqut minn vettura ta’ tip Skoda Felicia misjuqa minn raġel ta’ 82 sena residenti l-Kalkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.