It-tema tas-sovranità fit-tassazzjoni kienet waħda mit-temi ewlenin f’laqgħa li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kellu mal-Kamra tal-Kummerċ.
Il-Ministru Scicluna qal li l-Gvern u l-komunità kummerċjali għandhom għanijiet komuni, dik li pajjiżna jżomm ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku.
Saħaq li pajjiżna qed jaħdem iżjed fuq il-governanza.
Min-naħa tiegħu l-President tal-Kamra, David Xuereb, semma kif fl-aħħar disa’ xhur il-Kamra poġġiet ma’ tmienja kap eżekuttiv ta’ kumpaniji ewlenin li joperaw minn Malta u fasslu pjan ekonomiku għal ħames snin li ġejjin.