Raġel ta’ 40 sena mill-Qrendi ttieħed l-isptar wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Kymco Agility ma’ karozza tat-tip Hilux li kienet misjuqa minn anzjan ta’ 72 sena minn Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15 ta’ waranofsinhar fi Triq Dawret il-Gudja, fil-Gudja.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…