Nirien li ħakmu bar fil-belt Franċiża Rouen, ħalla minn tal-anqas tlettax –il persuna mejta u sitta oħra midruba.
In-nar fil-bar Cuba Libre beda fil-kantina s-Sibt filgħaxija għall-ħabta ta’ nofs il-lejl. Aktar minn ħamsin pumpier marru fuq il-post biex jitfu n-nirien fiċ-ċentru tal-belt. Il-Ministru tal-Intern qal li dwar il-każ għaddejja inkjesta; fejn wieħed mir-rapporti jissuġġerixxi li setgħu kienu x-xemgħat ta’ fuq il-kejk li bdew in-nar. L-etajiet tal-vittmi jvarjaw minn tmintax għal ħamsa u għoxrin sena.