It-twelid mill-ġdid u r-riġenerazzjon ta’ nazzjon. Dan kien il-messaġġ ewlieni taċ-ċerimonja tal-futħ tal-Olimpjadi f’Rio de Janeiro li għalkemm kienet waħda li rat tnaqqis fil-baġit, xorta waħda kienet waħda spettakolari. Wara jum ta’ protesti kontra l-fatt li l-Brażil qed jorganizza dan l-avveniment enormi l-grawnd ta’ Maracana inbidel fi spettaklu liema bħalu minkejja li b’għaxra fil-mija biss ta’ dak minfuq f’ċerimonja f’Londra erba’ snin ilu.
“Dawn l-ewwel Olimpjani fl-Amerka ta’ Isfel se jmorru mill-Brażil għal madwar id-dinja kollha,” qal Thomas Bach, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Żied li bis-saħħa tal-Olimpjadi f’seba’ snin Rio inbidlet b’mod li wieħed qatt ma mmaġina.