Abdiwali Ahmed Ali li għandu 24 sena u Abdi Ahmed Ibrahim li għandu 27 sena mis-Somalja wieġbu mhux ħatja meta ttellgħu l-Qorti mixlija li serqu flus kontanti, mowbajl u arloġġ li għandu valur ta’ tlett elef ewro.
L-ispettur Leeroy Balzan Engerer stqarr fil-Qorti li l-imputati apparti li serqu l-vittma, kkawżawlu ġrieħi ħfief. Dan apparti li akkużahom li jgħixu ħajja ta’ għażż mingħajr post fiss.
Ali kien akkużat ukoll li sar riċediv u li kiser kundizzjonijiet waqt li qed jiskonta sentenza sospiża.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.