Raġel ta’ 38 sena minn Bormla kien arrestat b’rabta ma’ serqa li kienet seħħet fl-ewwel ġurnata tas-sena l-ġdida f’ristorant fil-Fgura.
Dan wara li diversi investigazzjonijiet wasslu biex dan ir-raġel ikun identifikat bħala l-allegat ħalliel.
Din is-serqa kienet seħħet għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu u l-aggressur kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta kien daħal fl-istabbiliment u seraq ammont ta’ flus kontanti u cheque minn ġol-cash register.
Ir-raġel kien ħarab mill-ewwel minn fuq il-post.
http://www.one.com.mt/2020/01/01/serqa-minn-ristorant-fil-fgura-1/