F’atmosfera ta’ dwejjaq u disprament, il-Ħadd filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista webbes rasu u indirizza l-partitarji tiegħu fil-każin Nazzjonalista tal-Mellieħa. F’diskors imqanqal, Delia fetaħ attakk qawwi fuq il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li trid tqaċċtu u sostna għal diversi drabi li mhux se jwarrab.
Filwaqt li rrefera għall-ittra tar-riżenja ta’ Robert Arrigo minn Viċi Kap Delia qal li “fl-ittra tiegħek Robert, inti ddiskrivejt li dawn l-aħħar tletin xahar kienu diffiċli u kien hemm tsunami kontra tagħna u kontra tiegħi. It-tsunami ġie kien hemm u aħna għadna hawn, jien għadni hawn u l-ebda tsunami maltemp u problema m’hija se taqtagħli qalbi”
Delia rringrazzjawkoll lil Arrigo u kkundanna lin-nies ta’ Busuttil wara li aktar kmieni din il-ġimgħa offra li jirriżenja mill-kariga ta’ Viċi Kap “Min weġġgħek għandu minn xiex jistħi, min żebilħek u għamillek ix-xkiel għandu minn xiex jistħi”
Hu ta’ ħajr ukoll lil Clyde Puli li wkoll irriżenja minħabba d-deputati ta’ Busuttil u ċirku ta’ nies madwaru li ma’ kull pass li qal li għaħmel ‘il quddiem tawh gambetta u wara daqqa ta’ sieq fl-għaksa biex jakkużawh li mhux jiġri biżżejjed
Delia kkontradixxa r-reazzjoni ta’ Louis Galea u Alex Perici Calascione wara li pprovaw jiċħdu dak li żvela ONE News s-Sibt filgħaxija meta qabad lil Karol Aqulina, Perici Calascione u Mark Anthony Sammut ħerġin mid-dar ta’ Galea wara laqgħa sigrieta li matulha kienu qegħdin jikkomplottaw kontrih “għax min m’għandux x’jaħbi, minn m’għandux faħam miblul ma jmurx jitkellem fil-kmamar magħluqa, ma mmurx jikkomplotta wara bibien magħluqa” qal Adrian Delia.
Hawnhekk reġa’ attakka l-grupp ta’ deputati qrib Busuttil “imma l-ebda persuna, l-ebda grupp ta’ persuni, m’huma se jitħallew li l-PN jagħmluh tagħhom għax jaħsbu li għandhom id-dritt divin li jibqgħu hemm u jżommu l-partit rikattat għal dejjem”
Il-Kap Nazzjonalista ammetta wkoll li l-partit tiegħu għaddej mill-agħar perjodu tiegħu. “qalu illi jiena marbut mas-siġġu tal-poter. Issa jfiemni xi ħadd. Meta tidħol għal sfida ta’ partit li illi għaddej mill-agħar perjodu tiegħu, meta tidħol għal sfida ta’ partit li tħalla jegħreq fid-dejn, meta tidħol għal sfida ta’ partit li kulħadd qed jaħdem kontrih, min ikun irid jibqa’ fuq dak is-siġġu?”
Qal ukoll li n-nies ta’ kontrih qed ifixkluh u li ma jifhmux. “min għandu problema jaħdem fi grupp, jaħdem f’tim ma jafx kif taħdem il-politika”
Bl-aktar mod surreali, fl-istess nifs li qal li l-partit nazzjonalista tgħerra, qal li l-partit laburista jinsab mifrud “mhux veru li fil-pl m’hemmx il-firdiet kbar jekk mhux akbar minn dawk li qed jherru lilna”.
Delia kkritika wkoll l-investiment kbir li qed isir fl-infrastruttura ta’ pajjiżna “tal-infrastruttura li l-gvern ma investa xejn fiha. L-ikbar proġett kapitali ta’ 700 miljun li huma toroq li ma jwasslu għal imkien ħlief toroq oħra”.
Delia għalaq id-diskors imqanqal tiegħu billi wera l-bieb ta’ barra tal-istamperija lin-nies li jriduh iċedi postu “u niddikjaraw, jiena rrid illi nagħti l-lealtà lejn il-pn, iva jew le, jiena rrid inkun wieħed mis-17, iva jew le? Jiena rrid inkun leali lejn l-arma, iva jew le? Jien irrid inkun leali lejn pajjiżi jew le? Min jgħid iva ejja nibdew naħdmu minn għada, min jgħid le grazzi aħna xorta se nibqgħu hawn”