Ftit wara l-17:15 tal-Ħadd waranofsinhar il-Pulizija daħlitilha rapport li kienet għadha kif seħħet ħabta bejn karozza u mutur fl-inħawi tal-Mistra fix-Xemxija. Immedjatament fuq il-post intbagħtet ambulanza mill-Isptar Mater Dei sabiex tagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ One.com.mt li s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar għal aktar kura.