Fil-Belt Valletta, is-soċjetà Palestinjana f’Malta qalet li ma taqbilx mal-ftehim li l-President Amerikan Donald Trump għamel mal-President tal-Iżrael. Ftehim jagħti persentaġġ tal-art Palestinjana lil Iżrael u jillimita aktar id-drittijiet tal-Palestinjani.
ONE News tkellem mal-Ambaxxatur Palestinjan għal Malta li semma kif dan il-ftehim jillimita s-saħħa u drittijiet li l-Palestina għandha bħala pajjiż. Fadi Hananai stqarr: “This will have no right of refugees to return, no homeland, no right of affecess for the sovreignity of the Palestinean people, no control over the airspace, Palestenian waters or resources.”
Ġie diskuss ukoll kif tul is-snin il-Palestina bdiet tiċkien, bit-teritorji tagħha jmorru għand l-Iżrael.
Intqal kif il-Palestina tixtieq sitwazzjoni fejn iż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jgħixu fil-paċi iżda qed iqisu li dan il-pjan ta’ Trump huwa inaċċettabbli.
Hananai tenna: “Unfortunatly we don’t consider this as an acceptable plan because it does not recognize the rights of the Palestenians of having their soveirgn state and and it attacks all the United Nations agreements and resolutions in this regard.”