“Malta hija l-qalb tal-grupp tagħna fejn għandna l-akbar bażi u l-akbar numru ta’ impjegati”.
Dan qalu l-Kap tal-Operazzjonijeit Finanzjarji tal-kumpanija LeoVegas, Stefan Nelson waqt laqgħa li kellu mas-Segretarju Parlmentari għas-Servizzi Finanzjarji Clayton Bartolo f’Londra.
Dan fl-istess jum li rapporti fil-midja lokali allegaw li l-kumpanija se tnaqqas l-operat u l-ħaddiema f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari Bartolo qal filfatt li “dan ikkonferma l-impenn li l-kumpanija għandha lejn pajjiżna. Kwalunkwe storja oħra fil-midja lokali mhix vera”.
F’kummenti lil ONE News Nelson qal li Malta se tibqa’ l-qalb tħabbat tal-kumpanija għaż-żmien li ġej:
“Malta has become the heart of the group and it is where we have our biggest hub and most people employed. Malta is definitley the heart of our group and will will be going forward as well”.
Malta kienet fost l-aqwa pajjiżi rappreżentati fil-konferenza internazzjonali ICE f’Londra, l-akbar dwar il-qasam tal-gaming fid-dinja. Ir-rappreżentanti Maltin kienu fost 35,000 ruħ li flimkien ressqu l-ideat tagħhom biex ikomplju jissaħħu n-niċeċ ekonomiċi li ħoloq dan il-qasam dinamiku.
Is-Segretarju Parlametari Clayton Bartolo tenna l-impenn tal-Gvern li flimkien anke mas-settur privat ikompli jattira l-investiment dirett lejn il-pajjiż, biex Malta tkompli timraħ ‘il quddiem.
“Pajjiżna huwa wieħed mill-aqwa pajjiżi rappreżentati f’din il-konferenza. Għandna lill-Malta Gaming Authority flimkien ma’ Gaming Malta u anke numru ta’ operaturi f’dan is-settur li lkoll kemm huma qed ipoġġu lil pajjiżna fuq quddiem nett. Bil-ħidma bejn l-awtoritajiet, l-entitajiet u anke s-settur privat qed naraw kif pajjiżna jkompli jimraħ ‘il quddiem f’dawn in-niċeċ ġodda u b’hekk inkomplu anke nsaħħu dan is-settur f’pajjżna”.