Mindu ġie introdott il-programm ta’ Ċittadinanza b’investiment pajjiżna daħħal aktar minn €159 miljun f’xiri ta’ bonds li huma obbligati li jixtri kull persuna li tidħol fil-programm tal-IIP.
Fil-fatt fil-perjodu ta’ bejn Ġunju tal-2018 u Ġunju tas-sena l-oħra ġew investititi aktar minn €33 miljun fi stocks tal-Gvern. L-ammont totali f’xiri ta’ bonds mindu beda dan il-programm qabeż il-€195 miljun.
Apparti dan, b’mod gloabli, meta l-applikanti nefqu mal-€141 miljun f’xiri ta’ proprjetà f’Malta, medja ta’ aktar minn €900,800 għal kull proprjetà.
Fil-perjodu ta’ bejn Lulju tal-2018 u Ġunju tal-2019 inxtraw 17-il propjetà għall-ammont ta’ €13,700,00, medja ta’ aktar minn tmien mitt elf u tmien t’elef ewro. Ir-regolatur innota li l-medja hija ogħla mill-ammont minimu ta’ €350,000 kif jistuplaw ir-regolamenti tal-IIP.
Fl-istess perjodu, inkrew 204 propjetajiet b’kuntratt ta’ 5 snin. Il-valur medju tagħhom kien ta’ kważi €94,000 għal kull kuntratt. B’mod globali sa mit-tnedija tal-programm, inkrew d910 idjar għal kważi €90 miljun, medja ta’ aktar minn 98,000 kull waħda,
L-aktar bliet li fihom inkrew propjetajiet kienu San Ġiljan u Tas-Sliema, madankollu l-investituri għażlu wkoll postijiet anqas ċentrali u aktar kwieti bħall-Imtarfa, is-Siġġiewi, il-Kottonera u anki Għawdex.
Meta wieħed jgħaqqad dawn iż-żewġ kategoriji flimkien mad-donazzjonijiet mogħtija għall-karità ta’ kważi €800,000, jirriżulta li f’sena waħda biss pajjiżna ggwadanja aktar minn €67 miljun f’donazzjonijiet, xiri jew kiri ta’ propjetà u xiri ta’ stocks tal-Gvern.