Il-kandidat Demokratiku ta’ dixxendenza Maltija, Pete Buttigieg, ġie kkonfermat rebbieħ tal-ewwel vot fl-istat ta’ Iowa.
Dan fi proċess li se jwassal biex jintagħżlu l-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti f’Novembru li ġej.
Il-proċess tal-votazzjoni fl-istat ta’ Iowa kien kritikat ħafna minħabba l-intoppi li kien hemm fis-sistema tal-votazzjoni, tant li ċ-Chairman tal-Kumitat Demokratiku fl-Istati Uniti talab biex jerġgħu jingħaddu l-voti.
Wara jiem ta’ inċertezza, il-Partit Demokratiku kkonferma li Pete Buttigieg rebaħ f’Iowa, b’distakk ta’ 0.1% tal-voti fuq il-kandidat Bernie Sanders.
Rebħa f’Iowa ma tfissirx garanzija għan-nomina, iżda tagħti spinta kruċjali lill-kandidat magħżul.