L-attakk minn deputati tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil fuq il-Kap Nazzjonalsita Adrian Delia wassal għal barax ta’ kritika minn partitarji Nazzjonalisti kemm fuq il-midja soċjali u anke fi gruppi magħluqa li għandu l-Partit Nazzjonalista.
Bosta tesserati Nazzjonalisti esprimew ir-rabja tagħhom għall-fazzjoni ta’ Busuttil li ma tatx kas l-opinijoni tagħhom. Dan meta 6xhur ilu reġgħu kkonfermaw lil Delia bħala Kap tal-Partit.
Il-Kunsillier Nazzjonalsita Sean Gauci, li huwa qrib ħafna tal-fazzjon ta’ Delia kiteb li ta’ Busuttil kienu ilhom jistennew l-istħarriġ tal-Ħadd sabiex fi kliemu “jużawh bħala attentat biex jerġgħu jqajmu attakk kontra l-kap”
B’reazzjoni għal stqarrija ppubblikata fuq il-profil ta’ David Casa fuq Facebook, partitarju Nazzjonalista qallu:
“Sur Casa l-Problema hija inthom id-deputati għax taħdmu minn taħt u tagħmlu ħsara kemm tifilħu biex il-Kap jidher ikrah.”.
Tal-istess fehma kienet Bernardette Deguara u qaltlu li llum jiddispjaċiha li vvotatlu.
“Jiddispjacini li tajtek il-vot tieghi. Harist sal-ponta ta’ mnieħri… Lil Delia qatt ma’ ħallejtuh jaħdem, bżaqtulu u għamiltulu bsaten fir-roti mill-bidu nett. Mhux nistħi li jien Maltija, imma ġibtuni nistħi li ngħid li jien Nazzjonalista.”
Maria Russo saħansittra rreferit għad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ bħala traditura. “It-tradituri kollha barra u int waħda minnhom.”
Manfred Borda esprima d-diżappunt tiegħu fuq il-paġna ta’ Claudio Grech, deputat ieħor li jrid lil Delia jispiċċa minn kap tal-Partit.
“Darb’oħra toqgħodx taħlu l-ħin tat-tesserati. Aqbdu u għażluh inthom u nibqgħu nitilfu kif għamilna.”
B’reazzjoni, il-partitarji ta’ Busuttil komplew bl-attakk fuq Adrian Delia.
Antoine Vella qal “ma nistax nifhem kif hawn nies li jaraw il-partit sejjer il-baħar u jibqgħu iwebbsu rashom ma jridux il-bidla. Veru li l-PN ilu sejjer lura imma l-ikbar daqqa tahielu Delia li sa’ llum stess għadu jurina li qed iħares l-interessi tiegħu u mhux tal-Partit.”