Oriġinarjament is-serje televiżiva Ġermaniża-Belġjana, The Window, kellha tinġibed f’ħamest ijiem, iżda t-tim tal-produzzjoni ddeċieda li jespandi dan il-perjodu għal ħmistax.
Dan wara li skoprew għadd ta’ postijiet madwar Malta li huma tajbin biex jintużaw għas-serje televiżica tagħhom.
“When we were preparing The Window we were looking for a location within Europe that had an exotic flair and we came to Malta and yes Malta just made it to the top of the list. We have been given great support from the Malta Film Commission, we have found great locations and we have very great dedicated crew so I thin we definitely made the right choice to shoot part of The Window in Malta.”
Ix-xenarji tal-Belt, il-Kottonera u l-Marsa se jkunu qed jidhru fiż-żewġ episodji li qed jinħadmu f’Malta hekk kif The Window, hija produzzjoni dwar is-suq ta’ trasferimenti tal-futbol.
Fix-xogħol tal-ġbid ta’ din is-serje, 30 minn 56 ħaddiema huma Maltin fosthom anke atturi.
Waqt żjara fuq sett, f’lukanda f’Għajn Tuffieħa, il-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal kif l-industrija tal-films f’pajjiżna ngħatat spinta biex ma tibqax staġjonali.
“L-industrija li tibqa’ u mhux taħdem bl-iskossi u filfatt minn Marzu li għadda sal-lum bqajna għadejjin with back-to-back productions. Dan xi jfisser? Ifisser li aktar nies qed jaħdmu f’din l-industrija u n-nies li diġà qed jaħdmu f’din l-industrija jibqgħu għadejjin minn proġett għall-proġett.”
Żaret ukoll is-sett, il-Ministru Julia Farrugia Portelli li saħqet dwar l-inċentivi fiskali li qed ikomplu jattiraw aktar produzzjonijiet internazzjonali biex jinħadmu f’pajjiżna.
Qalet li rridu nressqu aktar tfal biex jitħarrġu ħalli għada pitgħada jaħdmu f’din l-industrija.
“Nixtieq nara ġenerazzjoni iżgħar ukoll li ninvestu fiha għax fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma huwa etern u rridu kontinwità illi ż-żgħażagħ jarawha bħala sfida sabiħa fl-arti illi jesploraw u jkollhom l-opportunità li jaħdmu fi produzzjonijiet oħra li ġejjin.”
Intant il-produttur tal-films qalilna li Malta se tibqa’ f’moħħu għall-proġetti futuri.
“Definitely yes, I mean you’re doing a lot of good and right things to attract projects, international projects with high qualities so I think for us so far it has been a very very positive experience so I definetely keep Malta on my books for future projects, absolutely”