Ħadd ma weġġa’ serjament f’inċident il-Ħamrun li kien jinvolvi mutur, tant li s-sewwieq tal-mutur rrifjuta li jittieħed l-isptar. L-inċident seħħ ftit wara s-siegħa u ħasad lil dawk li kienu għaddejin mit-triq ewlenija tal-Ħamrun, proprju n-naħa ta’ isfel tagħhha. Fuq il-post ssejħu ħaddiema tal-protezzjoni ċivili biex ineħħu xi żjut filwaqt li għal xi ħin il-pulizija kkontrollaw it-traffiku.