Id-dokumentarju ‘THE NORMANS’ ta’ Chris & Maurice Micallef kompla jirbaħ festivals internazzjonali f’dawn l-aħħar ftit xhur.
Dan id-dokumentarju li xxandar fuq ONE li jiffoka fuq il-perjodu medjevali fil-gżejjer Maltin rebaħ l-Aħjar Stampa, l-Aħjar Dokumentarju, l-Aħjar Skript Televiżiv u l-Aħjar Trailer fil- Filmcon Film Awards, li sar fl-Istati Uniti.
Il-produtturi ta’ dan id-dokumentarju Chris u Maurice Micallef ltaqgħu maċ-Chairman eżekuttiv ta’ ONE, Jason Micallef flimkien mal-Executive Group Head-Corporate & HR, Roberto Francalanza, sabiex jigi ppreżentat iċ-ċertifikat mibgħut mill-FilmCon Film Awards.
S’issa, Chris u Maurise Micallef rebħu 348 premju bil-produzzjonijiet tagħhom f’festivals tal-films minn madwar id-dinja.