Il-President Amerikan Donald Trump qal li ħareġ rebbieħ wara li kwistjonijiet tekniċi staġnaw ir-riżultat fl-istat Amerikan ta’ Iowa. Dan kien l-ewwel stat li fih saret votazzjoni biex il-Partit Demokratiku jagħżel kandidat għall-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.
Fuq Twitter il-President Trump qal li s-sitwazzjoni f’Iowa hija diżastruża, u prova li d-Demokratiċi Amerikani mhux posthom fit-tmexxija. Qal ukoll li l-unika persuna li jista’ jissejjaħ rebbieħ huwa hu stess.
Kelliema għall-Partit Demokratiku Amerikan qalu li r-riżultati uffiċjali kapaċi jinħarġu tard it-Tlieta. Ħafna mill-kandidati issa jinsabu f’New Hampshire, fejn mistennija ssir votazzjoni fil-11 ta’ Frar.
Ritratt: Reuters