Il-President Amerikan Barack Obama qal li saru avvanzi kontra l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja, iżda avża li-grupp xorta għadu theddida.
Qal li hekk kif il-grupp Ġiħadista sofra telfiet, jeżistu sinjali li se jmexxi l-attakki f’pajjiżi oħra. Żied ukoll li hemm il-possibiltà li persuna taġixxi weħidha jew fi grupp żgħir, bil-għan li joqtol lin-nies. Esprima tħassib li netwerks fl-Amerka b’intenzjonijiet ħżiena jistgħu ikunu attivati.
Waqt li ndirizza lill-ġurnalisti fil-Pentagon, ċaħad li sar ħlas ta’ 400 miljun dollaru lill-Iran, bħala fidwa għall-ħelsien ta’ priġunieri Amerikani f’Jannar.