Raġel ta’ 64 sena miż-Żejtun sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Minn stħarriġ preliminari jidher li karozza tat-tip Toyota Starlet misjuqa minn mara ta’ 28 sena minn Santa Venera ħabtet f’żewġ karozzi li kienu pparkjati tat-tip Peugeot 307 u oħra tat-tip Saab.
Huwa mifhum li fil-ħin tal-inċident kien ħiereġ raġel minn karozza li kienet ipparkjati meta ntlaqat mill-karozza tal-mara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7:50 ta’ filgħodu fi Triq il-Labour.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Il-mara ma weġġgħetx fl-inċident.