Avveniment ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa bl-isem ta’ Limelight, li jsir f’Gianpula u li jiġbor fih mijiet ta’ żgħażagħ, partikolarment studenti, se jinbidel f’manifestazzjoni ta’ solidarjetà ma’ persuni li jsofru mill-kundizzjoni tal-ALS.
Dan għax illejla d-dħul mill-biljetti se jmur kollu għal ALS Malta l-organizazzjoni li taħdem bil-kbir bil-għan li tikseb il-fondi biex tkun tista’ twettaq proġetti li jgħinu lil min ikun għaddej minn din il-kundizzjoni iebsa. Tkellimna ma’ Bjorn Formosa.