Matul il-jum il-Ħadd il-Knisja Kattolika ċċelebrat Jum il-Ħajja.
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qal li l-Knisja hija favur il-ħajja umana mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha sat-tmiem naturali. Innota kif meta hemm ħajja umana, ma għandu jkun hemm qatt xi mument meta niddeċiedu aħna min jista’ jgħix u min le.
Wara l-quddiesa saret manifestazzjoni favur il-ħajja organizzata mill-Malta Unborn Child Movement, fejn tkellem il-President ta’ Malta George Vella. Il-President Vella qal kif l-abort huwa qtil ta’ tarbija fil-ġuf u dan is-sentiment huwa ta’ ħafna Maltin.
Il-President Vella qal kif il-kampaniji u d-dibattiti favur u kontra l-abort se jkomplu. Iżda qal kif il-futur qrib huwa wieħed ta’ moħħ mistrieħ għaliex l-ebda partit politika m’għandu l-mandat biex iwettaq dan.