Familjari ta’ Mark Camilleri, il-vittma li tilef ħajtu traġikament fit-telgħa ta’ Selmun, qegħdin jistaqsu lill-pubbliku biex jagħtu donazzjoni sabiex ikunu jistgħu jivjaġġaw mill-Awstralja għal Malta.
Dan bil-għan li jkunu jistgħu jagħtu l-aħħar tislima lil Mark. Id-donazzjonijiet ser ikopru l-passaġġi tan-neputajiet tal-vittma flimkien mal-iżgħar tifla tiegħu.
F’temp ta’ 15 -il siegħa nġabru $5,610 minn $10,000.
http://www.one.com.mt/2020/02/01/mark-camilleri-huwa-r-ragel-li-aktar-kmieni-tilef-hajtu-wara-li-kien-involut-fincident-tat-traffiku-bil-mutur/