L-Amerka ddikjarat emerġenza għas-saħħa pubblika b’rabta mat-tixrid tal-Coronavirus fejn sostniet kif mhux se tkun qed taċċetta persuni fil-pajjiż li żaru ċ-Ċina tul dawn l-aħħar ġimagħtejn.
Ċittadini Amerikani li rritornaw lura minn ġitha mill-provinċja ta’ Hubei, se jkunu qed jinżammu 14-il jum kwarantina.
S’issa ġie kkonfermat aktar minn ħdax-il elf każ ta’ dan il-virus ġdid, bil-maġġorparti tal-każijiet jinsabu fiċ-Ċina, proprju minn meta ħareġ fil-beraħ l-ewwel każ lura f’Diċembru.
Aktar minn 100 każ s’issa ġie rrapportat barra miċ-Ċina f’madwar 22 pajjiż.