Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rosianne Cutajar ikkundannat mingħajr l-ebda riżerva d-diversi kummenti li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali kontra attivisti favur id-drittijiet riproduttivi tal-mara.
Cutajar saħqet li soċjetà demokratika bħal Malta “titlob li kwalukwe opinjoni infurmata bil-fatti għandha titħalla tiġi espressa b’diċenza u b’rispett għall-persuni illi jħaddnu opinjonijiet differenti.”
Hija appellat għall-maturità u fakkret li l-kliem ta’ mibgħeda u theddid huma atti kriminali, għaliex jista’ jkollhom diversi effetti negattivi.