Id-Demokratiċi fl-Amerkà qalgħu daqqa kbira fil-każ għat-tneħħija ta’ Trump minn President wara li ma rnexxilhomx jikkonvinċu erba’ Repubblikani sabiex jivvotaw favur is-smiegħ tax-xhieda.
Madankollu, il-membru Repubblikan Lamar Alexander, li d-demokratiċi kienu qed jittamaw li kien se jivvota favur spiċċa biex m’aċċettax. Dan hekk kif qal li m’hemmx bżonn ta’ iżjed evidenza biex tipprova li l-president Amerikan Donald Trump ma wettaqx reat li jimmerita tneħħija mill-pożizzjoni.