Il-Gvern Malti nnota l-pjan ta’ paċi li preżenta l-President Amerikan Donald Trump u tenna r-rieda tiegħu li jkunu nvolut fl-assessjar tal-proposti fuq livell bilaterali u fuq livell Ewropej.
Malta qalet li lesta tilqa’ taħditiet bil-għan li jitkattar il-potenzjal għall-paċi, sigurtà u stabilità fil-Lvant Nofsani.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qabel mad-dikjarazzjoni li għamel r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni tal-Affarijiet Barranin u l-politikà tas-sigurtà Josep Borell dwar il-proċess għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
Intqal li Malta tibqa’ tisħaq fuq soluzzjoni ta’ żewġ stati sabiex jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tal-poplu Iżraeljan u Palestinjan, skont il-limiti tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda.