Omm ta’ tlieta li qed tiġi akkużata li kkummissjonat il-ħruq ta’ karozza Mercedes fil-Belt f’Novembru, kienet saħansitra ċemplet taxi sabiex dawk li allegatament wettqu l-att jaslu fuq il-post.
Judith Bakoush ta’ 29 sena mill-Belt u Joseph Trabelsi ta’ 30 sena tressqu l-Qorti b’rabta mal-każ.
Ateri Ahmed Al Furjani ta’ 45 sena u li joqgħod fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far kien akkużat b’kompliċità u ġie mixli li xtara l-fjuwil u li għen biex titqabbad il-karozza.
Il-Qorti imponiet numru ta’ kundizzjonijiet filwaqt li laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Bakoush fuq depożitu ta’ mitejn ewro u garanzija personali ta’ €5,000.
Trabelsi inżamm arrestat u qed ikun miżmum fit-taqsima forensika tal-isptar Monte Karmeli.