Il-Prim Ministru Robert Abela żamm laqgħa mal-Membri Parlamentari Ewropej Maltin fil-Parlament Ewropew.
F’żewġ laqgħat separati, waħda mad-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew u l-oħra mad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru ddiskuta diversi temi, fosthom il-ħtieġa ta’ aktar djalogu mal-istituzzjonijiet Ewropej, dak li qed isir fil-qasam tal-governanza u s-saltna tad-dritt, kif ukoll il-ħtieġa li fl-istituzzjonijiet Ewropej ikun hemm politiċi li jħarsu l-interessi ta’ pajjiżhom.
Ritratti: OPM & DOI