Alfred Zerafa mill-Isla jidher li qed ifittex żewġ ħallelin, mara u raġel li allegatament serqulu gaġġa b’għasfur ġo fiha.
Fil-filmat mibgħut lil One.com.nt jidhru ż-żewġ ħallelin jippassiġaw quddiem il-bieb tiegħu. F’ħin minnhom ir-raġel deher jitla’ fuq pjanta li hemm quddiem ir-residenza ta’ Zerafa u jaqla’ il-gaġġa bl-għasfur u jitilaq biha.
Intant, jidher li Zerafa qed jagħmel appell lill-pubbliku sabiex min jaf lil dawn iż-żewġ ħallelin jagħddu l-informazzjoni għand il-Pulizija.
Il-Pulizija qalet ma’ One.com.mt li s’issa għadu ma’ daħlilha l-ebda rapport fuq dan l-allegat serq ta’ għasfur.