Mara ta’ 26 sena mil-Litwanja, residenti San Ġiljan, sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tattraffiku f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30AM fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, bejn vettura tat-tip KIA misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti
r-Rabat u vettura tat-tip Suzuki misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti l-Imsida.
Iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni.
Kawża tal-impatt bejn iż-żewġ vetturi, il-mara mil-Litwanja, li kienet qed taqsam it-triq, intlaqtet mill-vettura tat-tip Suzuki.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.