Żagħżugħ Żvizzeru ta’ 21 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15 a.m. fi Triq Ball f’San Ġiljan, meta ż-żagħżugħ kien f’appartament u għal xi raġuni pprova jaqbeż minn tieqa għall-oħra, bil-konsegwenza li waqa’ għal isfel.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.