Illum Malta se tingħaqad mal-komunità internazzjonali u ssellem lill-vittmi partikolarment dawk fil-Kamp tal-Konċentrament ta’ Auschwitz.
Dan hekk kif illum jimmarka l-75 sena anniversarju mill-ħelsien tal-priġunieri mill-kamp tal-konċentrament. F’dan il-kamp kienu nqatlu aktar minn miljun ruħ.
Il-President ta’ Malta George Vella u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo illum se jfakkru dan l-anniversarju f’Aushwitz fil-Polonja flimkien ma’ pajjiżi oħra minn madwar id-dinja.