Raġel mill-Libya, ta’ 39 sena u li joqgħod Haż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument li nqala’ fi stabiliment tad-divertiment f’ Marsalforn Għawdex.
L-argument bejn żewġ persuni inqala’ fil-lejl tal-Ħadd ftit qabel nofs il-lejl fi Triq il-Port fiż-Żebbuġ. Ir-raġel ittieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza ftit tal-ħin wara.
Il-pulizija qed iżżomm raġel ieħor ta’ 28 sena mir-rabat Għawdex għal iżjed stħarriġ hekk kif l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.