Tliet Maltin ġew arrestati mill-Pulizija Rumena wara li nqabdu fil-pussess ta’ speċi protetti ta’ tajr. Stqarrija tal-Pulizija Rumena qalet li l-irġiel twaqqfu waqt li kienu qed isuqu karozza tal-kiri li ġo fiha nstabu nstabu erba’ speċi ta’ tajr protett. Fil-karozza tagħhom instabu wkoll tliet armi tan-nar li ġew mikrija minn ħanut fir-Rumanija stess.
L-irġiel li għandhom 24, 49 u 62 sena ġew arrestati minn fuq il-post u l-affarijiet kollha li nstabu fil-pussess tagħhom fosthom il-karozza ġew ikkonfiskati.
L-istqarrija temmet tgħid li l-Pulizija mis-sezzjoni tal-armi, splussiv u sustanzi perikolużi kienet qed tibni każ krimnali kontra t-tliet irġiel.