Raġel ta’ 31 sena minn Ħal Qormi ġie arrestat wara li l-pulizija identifikatu bħala l-allegat ħallie li wettaq żewġ hold ups f’temp ta’ jumejn.
L-ewwel hold up sar fid-19 ta’ Jannar li għadda għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu f’ħanut fi Triq Nazju Ellul fil-Gżira. Filwaqt li t-tieni hold up sar l-għada f’ħanut simili li jinsab fi Triq l-Imrabat f’Ta’ Sliema.
Fi stqarija l-Pulizija qalet li fiż-żewġ każijiet insterqu ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’ f’dawn iż-żewġ reati.
Intant bl-arrest ta’ din il-persuna, l-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti solviet il-maġġoranza tal-hold ups illi seħħew fl-aħħar ġimgħat, hekk kif fil-jiem li għaddew diġa’ tressqu l-Qorti numru ta’ persuni oħra akkużati b’dawn ir-reati.
Il-Qormiż mistenni jitressaq il-Qorti għada