Waqt iċ-ċerimonja tal-ħatra ta’ 162 accountant ġdid, il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna sostna li l-professjoni tal- ‘accountancy’ hija is-sinsla tal-forza tax-xogħol Maltija.
Din il-professjoni hija wkoll waħda mill-karatteristiċi li tikkontribwixxi għal settur finanzjarju bsaħħtu. Il-Ministru sostna li dawk li llum ħadu ċ-ċertifikati għandhom responsabbiltajiet ġodda u importanti fuq spallejhom dan għaliex iridu jkun professjonali u jżommu l-integritá.
Waqt il-preżentazzjoni l-Professur Scicluna tkellem ukoll dwar traspożizzjoni Ewropea f’dan il-qasam li qed tkompli żżid it-trasparenza tal-informazzjoni finanzjarja minn diversi kumpaniji u li tagħti mandatt b’saħħtu lill-accountants biex ikunu aktar indipendenti.