Kwantità kbira ta’ bram inġabru minn fuq il-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa, dan wara ħidma mill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tindif u Manutenzjoni.
Jidher li dan il-bram tela’ fuq il-bajja bir-riħ.
Intant, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, irringrazzja lill-ħaddiema kollha għal din l-azzjoni f’waqtha, hekk kif dan il-bram setgħa jkun ta’ periklu.